DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)

9 ta’ Diċembru 2009

Kawża C‑528/08 P

Luigi Marcuccio

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Appell – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Ċaħda impliċita tat-talba li ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-uffiċjal jiġu rrimborsati 100 %– Digriet ta’ rinunzja tat‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett: Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali], tad‑9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (T‑144/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it‑talba tal-appellant sabiex jiġu koperti 100 % ċerti spejjeż mediċi u, min-naħa l-oħra, talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal‑Kummissjoni għall-ħlas favur l-appellant tas-somma ta’ EUR 89.56 bħala rimbors addizzjonali tal‑ispejjeż mediċi tiegħu jew bħala kumpens għal dannu.

Décision  Ir-rikors huwa miċħud. L. Marcuccio huwa kkundannat għall‑ispejjeż tal-appell.

Sommarju

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal‑Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu225KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja,Artikolu58)