DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
9 ta’ Diċembru 2009
Kawża C‑432/08 P
Luigi Marcuccio
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
“Appell – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Kopertura tal-ispejjeż mediċi – Ċaħda impliċita tat-talba li spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant jiġu rrimborsati kompletament mill-appellant – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali] tad-9 ta’ Lulju 2008, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑296/05 u T‑408/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet impliċiti tal-uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni għall-mard tal‑Komunitajiet Ewropej li jirrifjuta li jkopri 100 % ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant kif ukoll talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas favur l-appellant tal-ammonti ta’ ċerti spejjeż mediċi.
Deċiżjoni L-Appell huwa miċħud. L. Marcuccio huwa kkundannat għall‑ispejjeż tal-appell.
Sommarju
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu225KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu58)