Digriet tal-Qorti tal-Ġustiżżja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2009 – Cofra vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑295/08 P)
“Appell – Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet – Dokumenti li ġejjin minn Stat Membru – Oppożizzjoni tal-Istat Membru għall-iżvelar ta’ dokumenti –Rifjut ta’ aċċess – Talba ġdida – Att konfermattiv”
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE) (ara l-punti 33, 34)
2. Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Kundizzjonijiet – Obbligu tal-istituzzjoni li tagħmel eżami konkret u individwali tad-dokumenti (Regolament tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(7) (ara l‑punti 52-56)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-15 ta’ April 2008, Cofra vs Il-Kummissjoni (T-478/07) li permezz tiegħu l-Qorti tal‑Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad‑deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad talba tal-appellanti għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti ta’ din l-istituzzjoni li tirrifjutalha l‑aċċess għal ċerti dokumenti. |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Cofra Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |