DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tmien Awla)
3 ta’ Marzu 2009
Kawża C‑268/08 P
Christos Michail
vs
Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Appell – Servizz pubbliku – Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Fastidju psikoloġiku – Dmir ta’ assistenza – Żnaturament tal-fatti – Żball fir-rigward tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti”
Suġġett: Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ April 2008, Michail vs Il‑Kummissjoni (T‑486/04), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tal-appellant għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Marzu 2004, li ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mill-appellant skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ksur tal-Artikolu 12a tal-imsemmija regolamenti. Fastidju psikoloġiku. Żnaturament tal-fatti. Żbalji mwettqa fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-imsemmija fatti.
Deċiżjoni L-appell huwa miċħud. C. Michail huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Sommarju
Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà
(Artikolu 225 KE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58;Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1))