Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Jannar 2009 – Sebirán vs UASI

(Kawża C‑210/08 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Trade mark figurattiva Coto D’Arcis – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali COTO DE IMAZ u EL COTO – Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment”

Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 31)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008, Sebirán vs UASI u El Coto de Rioja (T-332/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba ta’ Sebirán S.L. għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sebirán S.L. hija kkundannata għall-ispejjeż.