Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Provincia di Imperia

(Kawża C‑183/08 P)

“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Deċiżjoni ta’ ċaħda – Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat”

Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għal azzjoni innovattiva taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1784/1999 - Eżekuzzjoni tas-sentenza tal-annullament impossibbli - Nuqqas ta’ effett (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1784/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 19, 26, 30)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2008, Provincia di Imperia vs Il‑Kummissjoni (T‑351/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat ammissibbli (iżda infondat) ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2005, li tirrifjuta li tikkonċedilha sussidju fil-kuntest ta’ sejħa għal proposti rigward azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Kunċett ta’ interess ġuridiku - Nuqqas, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.