Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 — Scippacercola u Terezakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-159/08 P)
“Appell — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni — Ċaħda tal-ilment — Nuqqas ta’ interess Komunitarju”
1. |
Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 32, 33, 61) |
2. |
Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza — Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 34-36, 74, 75, 77, 88, 104, 111) |
3. |
Kompetizzjoni — Pożizzjoni dominanti — Abbuż (Artikolu 82 KE) (ara l-punti 44, 47) |
4. |
Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 95, 112) |
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008, Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs Il-Kummissjoni (T-306/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mill-appellanti dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni fi Spata (il-Greċja), li allegatament japplika imposti eċċessivi fuq l-utenti.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
I. Scippacercola u I. Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż. |