Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 — Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional et

(Kawża C-55/08)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà”

Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23) (ara l-punti 14-16)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Judicial da Comarca do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43, 49 u 56 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għal ċerta organizzazzjoni d-dritt li torganizza, b’mod esklużiv, il-logħob tal-ażżard u tal-lotteriji u li tikkunsidra bħala att kriminali l-attività ta’ organizzazzjoni, promozzjoni u ġbir, inkluż bl-Internet, ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Projbizzjoni imposta fuq impriża li teżerċita l-attività ta’ organizzazzjoni ta’ mħatri u ta’ lotteriji on line li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor milli tippromwovi, torganizza u tamministra dawn l-imħatri u lotteriji bl-Internet u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rebbieħa l-valur tal-premjijiet.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (il-Portugall), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007, hija manifestament inammissibbli.