Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – Gargani vs Il-Parlament
(Kawża C‑25/08 P)
“Appell – Rikors tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament kontra l-‘azzjoni’ tal-President tal-Parlament li wasslet għall-preżentata ta’ osservazzjonijiet f’isem il-Parlament f’kawża dwar talba għal deċiżjoni preliminari – Terminu tar-rikors”
1. Appell - Aggravji - Applikazzjoni żbaljata tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE dwar it-terminu tar-rikors (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 19-26)
2. Appell - Motiv inkluż għall-finijiet ta’ kompletezza li jiġġustifika d-dispożittiv tad-digriet - Ċaħda (ara l-punti 24, 25)
Suġġett
| Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tal-21 ta’ Novembru 2007, Gargani vs Il-Parlament (T-94/06), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikors ippreżentat mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, intiż sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet bil-miktub f’isem il-Parlament, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ kawża għal deċiżjoni preliminari, adottata kontra l-parir tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u li tirrifjuta li l-kwistjoni titressaq quddiem is-seduta plenarja. |
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
G. Gargani huwa kkundannat għall-ispejjeż. |