Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2008 – US Steel Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-6/08 P)

“Appell – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Prevenzjoni u kontroll integrat tat-tniġġis – Repubblika Slovakka – Att ta’ Adeżjoni – Allokazzjoni ta’ kwoti – Perijodu 2008/2012 – Kundizzjonijiet – Effett dirett – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Direttiva 2003/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (ara l-punti 60-61, 75)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2007, U.S. Steel Košice s.r.o. vs Il-Kummissjoni (T-27/07), li jiċħad bħala inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikata mill-Gvern Slovakk għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, p. 32) – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Effett dirett : Kriterji

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.