7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/14 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-572/08)
(2009/C 55/22)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li, billi tat vantaġġ fiskali għaż-żjut lubrikanti riġenerati, prodotti minn żjut użati miġbura mill-Italja, iżda rrifjutat li tagħti l-istess vantaġġ għaż-żjut lubrikanti riġenerati, prodotti minn żjut użati miġbura minn Stati Membri oħra (b'mod konformi mal-Artikolu 62 tat-“test uniku tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rigward it-taxxi fuq il-produzzjoni, ili-konsum u s-sanzjonijiet penali u amministrattivi fil-qasam” (“Testo unico delle disposizioni legislative concernenti le imposte alle produzioni e sui consumi e relative sanzioni penali e amministrative”), approvat bid-Digriet Leġiżlattiv tas-26 ta' Ottubru 1995, Nru 504, kif interpretat miċ-ċirkulari tal-Agenzia delle Entrate Nru 24/D tal-5 Mejju 2004, u b'mod konformi mal-paragrafu 116 tal-Artikolu 1 tal-liġi tat-23 ta' Diċembru 2005, Nru 266), ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 90 KE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni takkuża lill-awtoritajiet Taljani biż-żamma ta' sistema ta' vantaġġi fiskali għaż-żjut lubrikanti riġenerati li tagħti vantaġġ lill-produzzjoni nazzjonali bi żvantaġġ għal dawk li ġejjin minn Stati Membri oħra, bi ksur manifest tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni stabbilit, fil-qasam fiskali, mill-Artikolu 90 KE.
Din is-sistema tirriproduċi skema preċedenti ta' vantaġġi fiskali li diġà ġiet ikkundannata mill-Corte di giustizia fl-1980, mingħajr ma l-argumenti fuq in-natura xierqa tas-sistema ġdida, invokati mir-Repubblika Taljana, jistgħu jiġġustifikaw din l-għażla.