7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja

(Kawża C-555/08)

(2009/C 32/42)

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Nyberg)

Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja

Talbiet

tikkonstata illi, billi m'adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 (1) dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, fir-rigward ta' kumpanniji finanzjarji fil-bżonn ta' sostenn minn sors pubbliku, b'mod partikulari banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 1.