24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/21


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-531/08)

(2009/C 19/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/56/KE (1)tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata, jew, f'kull każ, li ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni ta' din id-direttiva fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 310, p. 1.