7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (Il-Belġju) fis-26 ta' Novembru 2008 — Atenor Group SA vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-514/08)

(2009/C 32/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Atenor Group SA

Konvenuti: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domanda preliminari

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-tnaqqis ta' dividendi riċevuti bħala dħul intaxxat definittivament għall-eżistenza ta' profitt taxxabbli tal-kumpannija parent?


(1)  ĠU L 225, p. 6.