10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-502/08)

(2009/C 6/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, jew f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 ta' din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta' Diċembru 2007.


(1)  ĠU L 309, p. 15.