|
4.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/9 |
Appell ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Settembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fil-Kawża T-373/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern
(Kawża C-488/08)
(2009/C 82/16)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Matthias Rath (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)
Parti oħra: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellant
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008 (Kawża T-373/06); |
|
— |
tilqa' t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-intervenjent għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonfermat fis-sentenza appellata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark verbali “EPICAN” li għaliha saret applikazzjoni mill-appellant u t-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN” għas-supplimenti tal-ikel u għas-sustanzi dijetetiċi għal użu non-mediku.
L-appellant jibbaża l-appell tiegħu fuq ksur mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ruħha fuq fatti ineżatti sabiex tevalwa x-xebh bejn il-prodotti u s-sinjali. Kieku l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet evalwazzjoni korretta tal-fatti, hija kienet neċessarjament tikkonkludi li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti. Dan jgħodd iktar u iktar jekk il-konsumaturi juri livell ta' attenzjoni ogħla għall-prodotti inkwistjoni.