7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fid-9 ta' Ottubru 2008 — Kurt Wierer vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-445/08)

(2009/C 32/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kurt Wierer

Konvenuta: Land Baden-Württemberg

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-26 ta' Ġunju 2008 (Wiedemann, kawżi magħquda C-329/06 u C-343/06, u Zerche, kawżi magħquda C-334/06 sa C-336/06), jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-liċenzji tas-sewqan u l-qrati nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, meta jeżaminaw l-osservanza tar-rekwiżiti marbuta mar-residenza skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta' Lulju 1991 (1) mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan, jibbażaw ruħhom, għad-detriment tal-possessur tal-liċenzja, fuq id-dikjarazzjonijiet u l-informazzjoni li dan ikun ipprovda fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji, kif kien obbligat li jagħmel minħabba l-obbligu ta' kooperazzjoni impost fuqu taħt il-liġi proċedurali nazzjonali fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-fatti rilevanti għall-każ ineżami?

2)

Jekk ir-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:

Il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tas-26 ta' Ġunju 2008 (Wiedemann, kawżi magħquda C-329/06 u C-343/06, u Zerche, kawżi magħquda C-334/06 sa C-336/06), jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-liċenzji tas-sewqan u l-qrati nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, meta jeżaminaw l-osservanza tar-rekwiżiti marbuta mar-residenza skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/439/KEE mill-Istat li joħroġ il-liċenzja, jagħmlu, f'każ fejn ikun hemm indizji konkreti li fil-mument tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan dawn ir-rekwiżiti ma kinux sodisfatti, investigazzjonijiet addizzjonali esklużivament fl-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, pereżempju mal-awtoritajiet li jżommu reġistri, ma' nies li jikru proprjetà jew ma' min iħaddem, u li jużaw il-fatti li jirriżultaw minn dawn l-investigazzjonijiet, sakemm ikunu ġew stabbiliti b'mod konklużiv, waħedhom jew flimkien ma' informazzjoni diġà eżistenti mogħtija mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja jew mill-possessur tal-liċenzja stess?


(1)  ĠU L 237, p. 1.