22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/25


Appell ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2008 minn Apple Computer, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) fl-1 ta' Lulju 2008 fil-Kawża T-328/05: Apple Computer, Inc vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

(Kawża C-416/08 P)

(2008/C 301/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Apple Computer, Inc (rappreżentanti: M. Hart, N. Kearley, Solicitors)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), TKS-Teknosoft SA

Talbiet tal-appellanti

tiddikjara ammissibbli l-appell tal-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil-kawża T-328/05 tal-1 ta' Lulju 2008;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza;

tordna li l-ispejjeż tal-kawża jibqgħu riżervati.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Apple, Inc., (l-appellanti) applikat għar-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “QUARTZ”. L-applikazzjoni tagħha tkopri:

Funzjonalità ta' sistema operattiva għall-kompjuter intenzjonata speċifikament għall-użu minn dawk li jiżviluppaw l-IT bl-objettiv li titjieb u titħaffef ir-riproduzzjoni ta' immaġni diġitali fi progammi ta' applikazzjoni, ħlief għal prodotti intenzjonati għas-settur bankarju” fil-Klassi 9.

2.

TKS-Teknosoft S.A. (il-parti li qed topponi) hija l-proprjetarja ta' Reġistrazzjoni ta' Trade mark Komunitarja figurattiva “QUARTZ”, li ġiet irreġistrata fir-rigward ta', fost l-oħrajn:

a)

pakketti ta' programmi għall-banek” fil-Klassi 9; u

b)

l-ipprogrammar ta' kompjuter, l-ipproċessar tad-data tal-kompjuter, żvilupp ta' softwer tal-kompjuter, servizzi ta' assistenza u ta' konsulenza fil-qasam tal-kompjuter, l-ipproċessar tad-data elettronika, disinn u żvilupp ta' softwer tal-kompjuter, liċenzjar ta' softwer tal-kompjuter u ta' applikazzjonijiet tal-kompjuter; dawn is-servizzi kollha relatati mal-banek” fil-Klassi 42.

Il-parti li qed topponi għamlet l-oppożizzjoni tagħha kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark QUARTZ tal-appellanti abbażi ta' possibbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks. Il-Qorti tal-Prim'Istanza qablet.

L-appellanti tissottometti li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' liġi għaliex:

a)

il-prodotti fir-rigward ta' liema ż-żewġ trade marks se jkunu reġistrati u se jintużaw huma kjarament differenti u l-Qorti tal-Prim'Istanza ma kkunsidratx dawk id-differenzi relevanti;

b)

ma identifikatx b'mod korrett il-“pubbliku” relevanti sabiex tevalwa jekk kienx hemm possibbiltà ta' konfużjoni. Partikolarment, ma tatx biżżejjed importanza għall-fatt li l-pubbliku relevanti loġikament għandu jkun speċjalisti tas-softwer impjegati fi jew li jipprovdu servizzi lis-settur bankarju;

c)

għalhekk applikat b'mod żbaljat it-test ta' evalwazzjoni globali kif preċedentament stipulat mill-Qorti tal-Ġustizzja.