|
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/22 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2008 minn VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-387/08 P)
2009/C 141/39
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH (rappreżentant: C. Antweiler, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
Fis-27 ta’ Awwissu 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH ippreżentaw appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDK Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni. Ir-rappreżentant legali tar-rikorrenti huwa Clemens Antweiler, Rechtsanwalt, Rotthege Wasserman & Partner, Postfach 20 06 69, DE 40103 Düsseldorf.
Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ April 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.