|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta' Awwissu 2008 — Car Trim GmbH vs KeySafety Systems SRL
(Kawża C-381/08)
(2008/C 301/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Car Trim GmbH
Konvenuta: KeySafety Systems SRL
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratti dwar kunsinnja ta' oġġetti li jridu jiġu ffabbrikati jew prodotti għandhiex tiġi kkwalifikata bħala bejgħ ta' oġġetti (l-ewwel inċiż) u mhux ta' provvista ta' servizzi (it-tieni inċiż), anki meta x-xerrej fformula ċerti rikjesti dwar ix-xiri, it-trasformazzjoni u l-kunsinnja ta' dawn l-oġġetti, b'mod partikolari fir-rigward tal-garanzija tal-kwalità tal-iffabbrikar, l-affidabbiltà tal-kunsinnja u tmexxija amministrattiva tajba tal-ordni? Liema huma l-kriterji determinanti sabiex issir distinzjoni? |
|
2) |
Jekk il-bejgħ ta' oġġetti kellu jiġi preżunt, il-post fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti kienu jew kellhom jiġu kkunsinnjati għandu jiġi ddeterminat, fuq il-bażi tal-post fejn ġew fiżikament ittrasferiti lix-xerrej, jew ta' dak fejn l-oġġetti ngħataw lill-ewwel trasportatur sabiex jiġu mgħoddija lix-xerrej? |