22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fil-21 ta' Awissu 2008 — ERG Raffinerie Mediterranee SpA et vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-378/08)

(2008/C 301/26)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERG Raffinerie Mediterranee SpA et

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico et

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 174(2), li qabel kien l-Artikolu 130r(2) tat-Trattat tal-Komunità Ewropea (“min iniġġeż għandu jħallas”), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2004/35/KE (1), tal-21 ta' April 2004, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni pubblika s-setgħa li timponi fuq l-imprendituri privati — minħabba l-fatt biss li bħalissa jeżerċitaw l-attività tagħhom f'żona li ilha ħafna imniġġsa jew li tmiss ma' żona li minn dejjem hija mniġġsa — li jeżegwixxu miżuri ta' riparazzjoni independentement mill-iżvolġiment ta' kwalunkwe investigazzjoni sabiex jinstab min hu reponsabbli tat-tniġġis?

2)

il-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 174(2), li qabel kien l-Artikolu 130r(2) tat-Trattat tal-Komunità Ewropea (“min iniġġeż għandu jħallas”), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2004/35/KE, tal-21 ta' April 2004, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni pubblika s-setgħa li tattribwixxi r-responsabbiltà għall-kumpens tad-dannu ambjentali f'forma speċifika lil min għandu drittijiet reali u/jew jeżerċita attività ta' negozju fis-sit imniġġes, mingħajr il-ħtieġa li jiġi aċċertat minn qabel li hemm rabta kawżali bejn l-aġir ta' min għamel l-att u l-fatt tat-tniġġis, għar-raġuni biss tar-relazzjoni ta' “pożizzjoni” li fiha qiegħed?;

3)

idem […] anki dwar ir-rekwiżit suġġettiv tad-dolo jew tal-culpa?;

4)

il-prinċipji Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-kompetizzjoni li hemm fit-Trattat li ħoloq il-Komunità Ewropea u l-imsemmija Direttivi Nru 2004/18/KE (2), Nru 93/97/KEE (3), Nru 89/665/JEE (4), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-amministrazzjoni pubblika s-setgħa li tagħti lil kumpanniji privati (Società Sviluppo S.p.A. u Sviluppo Italia Aree Produttive S.p.A.) attivitajiet ta' deskrizzjoni, ta' ppjanar u ta' implementazzjoni ta' xogħlijiet ta' bonifika — recte: ta' twettiq ta' xogħlijiet pubbliċi — f'żoni ta' art ta' proprjetà tal-Istat direttament, mingħajr ma jkunu eżawriti l-proċeduri meħtieġa għall-kuntratti pubbliċi?


(1)  ĠU L 143, p. 56.

(2)  ĠU L 134, p. 114.

(3)  ĠU L 290, p. 1.

(4)  ĠU L 395, p. 33.