8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-11 ta' Awwissu 2008 — Agrana Zucker GmbH vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-365/08)

(2008/C 285/36)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrana Zucker GmbH.

Konvenut: Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li anke kwota taz-zokkor li ma tistax tintuża minħabba rtirar mis-suq, b'mod preventiv, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 290/2007 tas-16 ta' Marzu 2007, li jistabbilixxi għas-sena tas-suq 2007/2008, il-perċentwali (2) msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, għandha tagħmel parti sħiħa mill-kalkolu tal-ammont tat-taxxa fuq il-produzzjoni?

2)

F'każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, huwa kompatibbli mad-dritt primarju u b'mod partikolaru mal-prinċipju ta' proporzjonalità u l-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni li jirriżultaw mill- Artikolu 34 KE?


(1)  ĠU L 58, p. 1.

(2)  ĠU L 78, p. 20.