11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance d'Arlon (Il-Belġju) fis-7 ta'Awwissu 2008 — Marc Vandermeir vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-364/08)

(2008/C 260/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance d'Arlon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marc Vandermeir

Konvenut: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikoli 43 u/jew 49 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru partikolari, bħal dik inkwistjoni, li teħtieġ li ħaddiem li jaħdem għal rasu li jirrisjedi f'dan l-Istat Membru jirreġistra l-vettura tiegħu hemmhekk, għalkemm huwa jeżerċita l-attività professjonali tiegħu kważi esklużivament fi Stat Membru ieħor minn stabbiliment fiss li huwa jippossedi hemmhekk, u dan meta din il-vettura la hija intiża sabiex tiġi użata essenzjalment fl-ewwel Stat Membru fuq bażi permanenti u lanqas, fil-fatt, mhija użata b'dan il-mod?