11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Tribunal Superior de Justicia de Murcia (Spanja) fit-30 ta' Lulju 2008 — Aurelio Choque Cabrera vs Delegación del Gobierno en Murcia

(Kawża C-348/08)

(2008/C 260/17)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Murcia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aurelio Choque Cabrera.

Konvenuta: Delegación del Gobierno en Murcia

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 62(1) u (2)(a) tiegħu, u dawk tar-Regolament Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006 (KE) tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1), b'mod partikolari l-Artikoli 5, 11 u 13 tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġilazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali, mal-ġurisprudenza li tinterpretha, li skondha t-tkeċċija ta' “kull ċittadin ta' pajjiż terz” li m'għandhux document li jawtorizza d-dħul u r-residenza fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea tista' tinbidel f'impożizzjoni ta' multa?


(1)  ĠU 2006 L 105, p. 1.