30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/38


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-321/08)

(2008/C 223/62)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u E. Adsera Ribera, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) jew li, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2005/29 tiġi trasposta fid-dritt intern skada fit-12 ta' Ġunju 2007.


(1)  ĠU L 149, p. 22.