25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/7


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-307/08)

(2008/C 272/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u R. Lyal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, peress li ma jipprevjenix it-taxxa doppja tad-dividendi mħallsa minn kumpanniji residenti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat ŻEE/EFTA lil persuni fiżiċi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skont l-Artikolu 56 KE kif ukoll skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni fiskali Belġjana toħloq restrizzjoni mhux iġġustifikata għall-moviment liberu tal-kapital safejn din tintaxxa d-dividendi li kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea tħallas lill-persuni fiżiċi (id-dividendi “deħlin”) bl-istess mod bħal ma din tintaxxa d-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fil-Belġju (id-dividendi “domestiċi”), mingħajr ma tieħu in kunsiderazzjoni t-taxxa f'ras il-għajn imħallsa fl-Istat li minnu joriġinaw id-dividendi. Leġiżlazzjoni bħal din tippenalizza t-tranżazzjonijiet transfruntaljieri tal-kapital safejn din tiddiswadi lill-persuni taxxabbli individwali milli jinvestu f'ishma ta' kumpanniji barranin filwaqt li fl-istess ħin din tikkostitwixxi ostakolu għal ġbir ta' kapital fil-Belġju fil-konfront ta' kumpanniji li għandhom l-uffiċju rreġistrat tagħhom fi Stati Membri oħra.