27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fit-8 ta' Lulju 2008 — Zino Davidoff S.A. vs Bundesfinanzdirektion Südost

(Kawża C-302/08)

(2008/C 247/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zino Davidoff S.A.

Konvenuta: Bundesfinanzdirektion Südost

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (1), għandu jiġi interpretat fid-dawl ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll ta' Madrid, fis-sens li, minkejja l-użu tal-kunċett ta' “trade mark Komunitarja”, dan jinkludi wkoll ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali ta' trade marks skond l-Artikolu 146 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 tas-27 ta' Ottubru 2003?


(1)  ĠU 2003 L 196, p. 7.