30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/32 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-284/08)
(2008/C 223/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Roels u W. Wils, aġenti)
Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
— |
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (1), jew f'kull każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brattanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva fit-territorju tiegħu ta' Ġibiltà. |
— |
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-12 ta' Ġunju 2007.
(1) ĠU L 149, p. 22.