15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/31


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania fis-16 ta' Ġunju 2008 — Futura Immobiliare srl Hotel Futura et vs Comune di Casoria

(Kawża C-254/08)

(2008/C 209/46)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Futura Immobiliare srl Hotel Futura et

Konvenut: Comune di Casoria

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali, stabbilita fl-Artikoli 58 et seq. tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 507 ta' l-1993 u fil-liġi tranżitorja li estendiet l-applikazzjoni tagħhom, permezz ta' l-Artikolu 11 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 488 ta' l-1999, b'emendi suċċessivi, u ta' l-Artikolu 1(184) tal-Liġi Nru 296 ta' l-2006, li tippermetti ż-żamma ta' sistema ta' natura fiskali sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tas-servizz tar-rimi ta' skart u li tipposponi l-introduzzjoni ta' sistema tariffarja fejn l-ispiża tas-servizz tiġi sostnuta mill-persuni li jipproduċu u jiġbru l-iskart, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/442/KEE (1), kif emendat bl-Artikolu 1 tad-Direttiva Nru 91/156/KEE (2) u mal-prinċipju li “min iniġġeż iħallas”?


(1)  ĠU L 194, p. 39.

(2)  ĠU L 78, p. 32.