2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 197/13


Rikors ippreżentat fl-21 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-213/08)

(2008/C 197/21)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Støvlbæk, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (1) ta' l-20 ta' Novembru 2006, dwar l-adattament ta' ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, fid-dawl ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u, f'kull każ, billi ma kkomunikax l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2006/100/KE tiġi trasposta fid-dritt intern skada fl-1 ta' Jannar 2007.


(1)  ĠU L 363, p. 141.