19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/14


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta' Mejju 2008 — Plantanol GmbH & Co.KG vs Hauptzollamt Darmstadt

(Kawża C-201/08)

(2008/C 183/28)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Plantanol GmbH & Co.KG

Konvenuta: Hauptzollamt Darmstadt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta' Mejju 2003, dwar il-promozzjoni ta' l-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (direttiva dwar il-bijokarburanti) (1) jipprekludi, fid-dawl b'mod partikolari tal-premessi 10, 12, 14, 19, 22 u 27 ta' din id-direttiva, dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-ewwel punt ta' l-Artikolu 50(1) tal-liġi dwar l-intaxxar ta' l-enerġija (Energiesteuergesetz), emendat bil-liġi rigward kwoti fil-qasam tal-bijokarburanti (Biokraftstoffquotengesetz), tat-18 ta' Diċembru 2006, li jeskludi mill-benefiċċju ta' eżenzjoni mit-taxxi l-parti ta' taħlita ta' bijokarburanti li tikkonsisti f'bijokarburant magħmul minn żejt veġetali li jikkorrispondi għall-istandard DIN V 51605 (fil-verżjoni tiegħu f'Lulju 2006)?

2)

Il-prinċipji tad-dritt Komunitarju ta' ċertezza legali u ta' protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi jeżiġu li Stat Membru jkun jista' jimmodifika, bi ħsara għall-impriżi li jibbenefikaw minnhom, id-dispożizzjonijiet adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-direttiva dwar il-bijokarburanti u li għandhom bħala għan l-istabbiliment ta' sistema li tikkonsisti f'vantaġġi fiskali mqassmin fuq diversi snin, biss f'ċirkustanzi ferm eċċezzjonali matul il-perijodu ta' applikazzjoni tas-sistema in kwistjoni?


(1)  ĠU L 123, p. 42.