5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Corte costituzionale (l-Italja) fil-21 ta' April 2008 — Presidente del Consiglio dei Ministri vs Regione autonoma della Sardegna
(Kawża C-169/08)
(2008/C 171/35)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Presidente del Consiglio dei Ministri.
Konvenut: Regione autonoma della Sardegna.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 49 tat-Trattat għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta' regola, bħal dik prevista fl-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta' Sardinja tal-11 ta' Mejju 2006 (Diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dħul, riklassifikazzjoni tan-nefqa, politika soċjali u ta' l-iżvilupp), fit-test issostitwit bl-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta' Sardinja tad-29 ta' Mejju 2007 (Dispożizzjonijiet għall-formazzjoni tal-karta tal-bilanċ annwali u multi-annwali tar-Reġjun — Liġi finanzjarja 2007), li tipprovdi li t-taxxa reġjonali għall-waqfien ta' ajruplani għal skopijiet turistiċi hija imposta biss fuq l-impriżi li għandhom domiċilju fiskali barra mir-Reġjun ta' Sardinja u li joperaw ajruplani li jużaw huma stess għat-trasport ta' persuni fl-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' l-avjazzjoni kummerċjali ġenerali? |
2) |
L-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta' Sardinja ta' l-2006, fit-test issostitwit bl-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta' Sardinja ta' l-2007, meta jipprevedi li t-taxxa reġjonali għall-waqfien ta' ajruplani għal skopijiet turistiċi għandha tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom domiċilju fiskali barra mir-Reġjun ta' Sardinja u li joperaw ajruplani huma stess għat-trasport ta' persuni fl-eżerċizzju ta' attivitajiet ta' l-avjazzjoni kummerċjali ġenerali, jikkostitwixxi — fis-sens ta' l-Artikolu 87 tat-Trattat — għajnuna mill-Istat għal impriżi li jeżerċitaw l-istess attività b'domiċilju fiskali fit-territorju tar-Reġjun ta' Sardinja? |
3) |
L-Artikolu 49 tat-Trattat għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta' regola, bħal dik prevista mill-istess Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta' Sardinja ta' l-2006, fit-test issostitwit bl-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta' Sardinja ta' l-2007, li tipprovdi li t-taxxa reġjonali għall-waqfien ta' inġenji ta' rikreazzjoni għal skopijiet turistiċi għandha tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali tagħhom barra mit-territorju tar-Reġjun ta' Sardinja li joperaw inġenji ta' rikreazzjoni u li l-attività kummerċjali tagħhom tikkonsisti fil-provvista ta' tali inġenji lil terzi? |
4) |
L-istess Artikolu 4 tal-Liġi Nru 4 tar-Reġjun ta' Sardinja ta' l-2006, fit-test issostitwit bl-Artikolu 3(3) tal-Liġi Nru 2 tar-Reġjun ta' Sardinja ta' l-2007, meta jipprevedi li t-taxxa reġjonali għall-waqfien ta' inġenji ta' rikreazzjoni għal skopijiet turistiċi għandha tkun imposta biss fuq l-impriżi li għandhom id-domiċilju fiskali barra mit-territorju tar-Reġjun ta' Sardinja li joperaw inġenji ta' rikreazzjoni u li l-attività kummerċjali tagħhom tikkonsisti fil-provvista ta' tali inġenji lil terzi, jikkostitwixxi — fis-sens ta' l-Artikolu 87 tat-Trattat — għajnuna mill-Istat għal impriżi li jeżerċitaw l-istess attività b'domiċilju fiskali fit-territorju tar-Reġjun ta' Sardinja. |