5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta' April 2008 — Janko Rottmann vs Freistaat Bayern
(Kawża C-135/08)
(2008/C 171/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Janko Rottmann
Konvenut: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt Komunitarju jipprekludi l-konsegwenza ġuridika tat-telf taċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni Ewropea (kif ukoll tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali marbuta magħha), li tirriżulta mill-fatt li r-revoka ta' naturalizzazzjoni fi Stat Membru (il-Ġermanja) miksuba permezz ta' frodi intenzjonata, revoka li minnha nfisha hija legali taħt id-dritt nazzjonali applikabbli (dak tal-Ġermanja), għandha bħala konsegwenza li l-persuna kkonċernata tispiċċa mingħajr għarfien minn Stat minħabba l-fatt li, hekk kif huwa l-każ tar-rikorrent, hija ma terġax tikseb iċ-ċittadinanza li kellha oriġinarjament, minħabba fid-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt ta' l-Istat Membru l-ieħor (l-Awstrija)? |
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: L-Istat Membru (il-Ġermanja) li nnaturalizza ċ-ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea u li bi ħsiebu jirrevoka n-naturalizzazzjoni miksuba b'mod frawdolenti għandu, sabiex josserva d-dritt Komunitarju, jastjeni għal kollox jew temporanjament milli jirrevoka n-naturalizzazzjoni jekk, jew għat-tul taż-żmien li fih, din ir-revoka tan-naturalizzazzjoni jkollha l-konsegwenza tat-telf taċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni (kif ukoll tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali marbuta magħha), jew għandu l-Istat Membru (l-Awstrija) taċ-ċittadinanza preċedenti, jinterpreta u japplika jew anki jadatta d-dritt nazzjonali tiegħu sabiex jevita konsegwenza ġuridika bħal din? |