7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/16


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fil-25 ta' Marzu 2008 — G.C. Deschaumes vs Belgische Staat

(Kawża C-125/08)

(2008/C 142/24)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G.C. Deschaumes

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

L-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (KDK) (1), għandu jinftiehem fis-sens li l-komunikazzjoni preskritta ta' dejn doganali lill-persuna taxxabbli tista' tiġi mwettqa b'mod legali biss wara li d-dejn doganali jkun iddaħħal fil-kontijiet jew, fi kliem ieħor, fis-sens li l-komunikazzjoni ta' dejn doganali lill-persuna taxxabbli, kif preskritta fl-Artikolu 221(2) tal-KDK, għandha dejjem isseħħ wara l-inklużjoni tiegħu fil-kontijiet sabiex tkun legali u konformi ma' l-Artikolu 221(1) tal-KDK?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L302, p. 1).