7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/16


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fil-25 ta' Marzu 2008 — I. G.A.L.M. Snauwaert en Algemeen Expeditiebedrijf Zeebrugge BVBA vs L-Istat Belġjan, II. Coldstar NV vs L-Istat Belġjan, III. D.P.W. Vlaeminck vs L-Istat Belġjan, IV. J.P. Den Haerynck vs L-Istat Belġjan u V. A.E.M. De Wintere vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-124/08)

(2008/C 142/23)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:

I.

1.

G.A.L.M. Snauwaert

2.

Algemeen Expeditiebedrijf Zeebrugge BVBA, parti ċivilment responsabbli

II.

Coldstar NV, parti ċivilment responsabbli

III.

D.P.W. Vlaeminck

IV.

J.P. Den Haerynck

V.

A.E.M. De Wintere.

Konvenuta: Belgische Staat (L-Istat Belġjan)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (KDK) (1), għandu jinftiehem fis-sens li l-komunikazzjoni preskritta ta' dejn doganali lill-persuna taxxabbli tista' tiġi mwettqa b'mod legali biss wara li d-dejn doganali jkun iddaħħal fil-kontijiet jew, fi kliem ieħor, fis-sens li l-komunikazzjoni ta' dejn doganali lill-persuna taxxabbli, kif preskritta fl-Artikolu 221(2) tal-KDK, għandha dejjem isseħħ wara l-inklużjoni tiegħu fil-kontijiet sabiex tkun legali u konformi ma' l-Artikolu 221(1) tal-KDK?

2)

L-Artikolu 221(3) tal-KDK, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel ma ġie emendat mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (2), għandu jinftiehem fis-sens li l-possibbiltà għall-awtoritajiet doganali biex jikkomunikaw b'mod legali l-ammont imdaħħal fil-kontijiet, wara l-iskadenza ta' terminu ta' tliet snin li jiddekorri mid-data li fiha nħoloq id-dejn doganali, meta dan id-dejn jirriżulta minn att li jista' jagħti lok għal proċeduri f'qorti kriminali, teżisti biss fil-konfront ta' persuna li hija responsabbli għall-att li jista' jagħti lok għal proċeduri f'qorti kriminali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (ĠU L 311, p. 17).