24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/24


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-18 ta' Marzu 2008 — Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL vs Administración del Estado

(Kawża C-118/08)

(2008/C 128/44)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Transportes Urbanos y Servicios Generales, SAL

Konvenuta: Administración del Estado.

Domanda preliminari

Billi applika, fis-sentenzi tiegħu tad-29 ta' Jannar 2004 u ta' l-24 ta' Mejju 2005, soluzzjonijiet differenti għall-azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' responsabbiltà finanzjarja ta' l-Istat bħala leġiżlatur fir-rigward ta' atti amministrattivi adottati abbażi ta' liġi li ġiet iddikjarata antikostituzzjonali u għal dawn l-azzjonijiet fir-rigward ta' atti amministrattivi adottati abbażi ta' regola li ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra d-dritt Komunitarju, it-Tribunal Supremo tar-Renju ta' Spanja kiser il-prinċipji ta' ekwivalenza u ta' effettività?