24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/24


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-112/08)

(2008/C 128/42)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.A. Rabanal Suárez u P. Dejmek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju ta' l-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, u b'mod partikolari ma' l-Artikoli 68(3), 72, 73(3), 74, 99, 100 u 101, 110 sa 114, 118 u 119, 124 sa 127, 129 sa 132, 133, 136, 144 u 145, 149, 152, 154(1), 155, l-Annessi V, VI (bl-eċċezzjoni tal-Parti I), Annessi VII sa XII (bl-eċċezzjoni ta' l-Anness X, Partijiet I, II u III), jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2006/48/KE tiġi trasposta fid-dritt intern skada fil-31 ta' Diċembru 2006.


(1)  ĠU L 177, p. 1.