26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/21


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

(Kawża C-107/08)

(2008/C 107/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/33/KE tas-6 ta' Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu (1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 ta' l-imsemmija Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-11 ta' Awwissu 2006.


(1)  ĠU L 191, p. 59.