|
9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Gran Dukat tal-Lussemburgu) fil-5 ta' Marzu 2008 — Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine de Schorlemer, Jacques Funck, Marc Meyer u Jean Petitdidier vs Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group SA, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ) — Partijiet intervenjenti: Dexia Luxpart SA et
(Kawża C-101/08)
(2008/C 116/25)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Audiolux SA, BIP Investment Partners SA, Jean-Paul Felten, Joseph Weyland, Luxiprivilège SA, Foyer SA, Investas ASBL, Claudie Stein-Lambert, Christiane Worre-Lambert, Baron Antoine de Schorlemer, Jacques Funck, Marc Meyer u Jean Petitdidier
Konvenuti: Groupe Bruxelles Lambert SA (GBL), RTL Group SA, Juan Abello Gallo, Didier Bellens, André Desmarais, Gérald Frère, Jocelyn Lefebvre, Onno Ruding, Gilles Samyn, Martin Taylor, Bertelsmann AG, Siegfried Luther, Thomas Middelhoff, Ewald Wagenbach, Rolf Schmidt-Holz, Erich Schumann, WAZ Finanzierungs-GmbH, Westdeutsche Allgemeine Zeitungsverlagsgesellschaft E. Brost & J. Funke GmbH & Co (WAZ)
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-referenzi għall-ugwaljanza ta' l-azzjonisti u, aktar speċifikament, għall-protezzjoni ta' l-azzjonisti ta' minoranza
jirriżultaw minn prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju? |
|
2) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju għandu jiġi applikat biss fir-relazzjonijiet bejn kumpannija u l-azzjonisti tagħha, jew, għall-kuntrarju, għandu jiġi applikat ukoll fir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti ta' maġġoranza li jeżerċitaw jew jiksbu l-kontroll ta' kumpannija u l-azzjonisti ta' minoranza ta' din il-kumpannija, speċjalment fil-każ ta' kumpannija li l-ishma tagħha huma elenkati f'Borża? |
|
3) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva għaż-żewġ domandi preċedenti, dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju għandu, fid-dawl ta' l-iżvilupp fiż-żmien tar-referenzi msemmija fl-ewwel domanda, jiġi kkunsidrat li ilu jeżisti u li ilu applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti ta' maġġoranza u ta' minoranza fis-sens tat-tieni domanda, minn qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/25/KE ċċitata iktar 'il fuq u, f'dan il-każ, minn qabel ma seħħew il-fatti in kwistjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2001? |
(1) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta' Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU 1977, L 26, p. 1).
(2) ĠU L 212, p. 37.
(3) ĠU L 66, p. 21.
(4) ĠU L 142, p. 12.