24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/22 |
Appell ippreżentat fit-3 ta' Marzu 2008 minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-97/08 P)
(2008/C 128/38)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, avukat, M. van der Woude, avukat, M. Mollica, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet ta' l-appellanti
L-appellanti jitolbu sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-112/05 safejn din ċaħdet il-motiv li r-responsabbilta kienet attribwita b'mod żbaljat — flimkien u in solidum — lil Akzo Nobel NV; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tiddikjara lil Akzo Nobel NV bħala responsabbli; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta' dan l-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza safejn dawn jirrigwardaw l-aggravju imqajjem f'dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jqisu li l-Qorti tal-Prim'Istanza applikat b'mod żbaljat il-kunċett ta' “impriża” fis-sens ta' l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-imputabbiltà ta' l-aġir illegali ta' kumpannija sussidjarja lill-kumpannija prinċipali.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).