24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/19


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Unabhängigen Finanzsenats, Außenstelle Graz (l-Awstrija) fil-15 ta' Frar 2008 — Dachsberger & Söhne GmbH vs Zollamt Salzburg, Erstattungen

(Kawża C-77/08)

(2008/C 128/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dachsberger & Söhne GmbH.

Konvenut: Zollamt Salzburg, Erstattungen.

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta' Novembru 1987, fil-verżjoni li toħroġ mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/904 tat-2 ta' Diċembru 1994, li tipprovdi li, għall-kalkolu tar-rifużjoni mitluba fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, “il-parti differenzjata tar-rifużjoni għandha tkun ikkalkolata bl-użu tad-dettalji dwar il-kwantità, il-piż u d-destinazzjoni previsti skond l-Artikolu 47” (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li “d-dettalji dwar il-kwantità, il-piż u d-destinazzjoni previsti skond l-Artikolu 47” għandhom jinftiehmu bħala d-dettalji mogħtija fl-applikazzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 47(1), b'tali mod li l-parti differenzjata tar-rifużjoni tintalab biss meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(1)?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, id-dispożizzjoni msemmija iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li, fl-eventwalità li l-applikazzjoni għal ħlas għandha, skond l-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta' Novembru 1987, issir sa mill-istadju tad-“dokument użat fl-esportazzjoni għall-kwalifika għar-rifużjonijiet” (f'dan il-każ, id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni), il-kalkolu tar-rifużjoni mitluba għandu jsir, fir-rigward tal-parti differenzjata, billi jintużaw id-dettalji li jkunu jinsabu fid-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni, b'tali mod li l-parti differenzjata tar-rifużjoni tintalab ukoll permezz tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni?

3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, id-dispożizzjoni msemmija iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kalkolu tar-rifuzjoni mitluba għandu jsir, fir-rigward tal-parti differenzjata, billi jintużaw id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati skond l-Artiikolu 47 tar-Regolament tal-Kmmissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta' Novembru 1987, b'tali mod li l-parti differenzjata tar-rifużjoni tintalab biss meta jiġu ppreżentati “id-dokumenti li jirrigwardaw il-pagament” fis-sens ta' l-Artikolu 47(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta' Novembru 1987?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija fl-affermattiv, id-dispożizzjoni msemmija iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex tintalab il-parti differenzjata tar-rifużjoni, huwa biżżejjed li jiġu ppreżentati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, anki jekk dawn id-dokumenti jkunu diffettużi, bil-konsegwenza legali li l-penali previsti fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta' Novembru 1987 japplikaw ukoll għall-parti differenzjata tar-rifużjoni?


(1)  ĠU L 310, p. 57. Regolamenti mhux disponibbli bil-Malti.