12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/19


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (Il-Portugall) fit-13 ta' Frar 2008 — Santa Casa da Misericórdia de Lisboa vs Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Baw International Ltd u Betandwin.com Interactive Entertainment

(Kawża C-55/08)

(2008/C 92/35)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa

Konvenuti: Liga Portuguesa de Futebol Profissional (CA/LPFP), Baw International Ltd u Betandwin.com Interactive Entertainment

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li huwa biss l-Istat li għandu d-“dritt li jorganizza logħob ta' l-ażżard jew tal-flus” (Artikolu 9 tad-digriet-leġiżlattiv Nru 422/89, tat-2 ta' Diċembru 1989, emendat mid-digriet-leġiżlattiv Nru 10/95, tad-19 ta' Jannar 1995, u mid-digriet-leġiżlattiv Nru 40/2005, tas-17 ta' Frar 2005) u “li jintroduċi sistemi totalizzaturi ta' teħid ta' imħatri” (Artikolu 1 tad-digriet-leġiżlattiv Nru 84/85, tas-17 ta' Diċembru 1985, emendat mid-digriet-leġiżlattiv Nru 317/2002) huwa konformi mar-regoli tad-dritt Komunitarju […] li jistabbilixxu l-prinċipji tal-libertà li jiġu provduti servizzi, tal-kompetizzjoni libera u tal-projbizzjoni tal-monopolji ta' l-Istat?

2)

Liema kriterji għandhom jintużaw sabiex tiġi interpretata l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi dawn il-prinċipji, sabiex jiġi stabbilit jekk dawn ir-restrizzjonijiet humiex ammissibbli fid-dawl tar-regoli tad-dritt Komunitarju […]?

3)

Il-projbizzjoni fuq l-irreklamar ta' logħob ta' l-ażżard u tal-flus, jekk ikunu s-suġġett ewlieni tal-messaġġ, fid-dawl ta' l-eċċezzjoni fir-rigward ta' l-irreklamar tal-logħob organizzat mis-Santa Casa da Misericórdia de Lisboa, hija konformi mar-regoli tad-dritt Komunitarju […] li jistabbilixxu l-prinċipji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tal-kompetizzjoni libera u tal-projbizzjoni tal-monopolji ta' l-Istat?