19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/7


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2008 — Sandra Raulin vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-49/08)

(2008/C 183/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sandra Raulin (rappreżentant: C. Vaucois, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

B'digriet tas-16 ta' Mejju 2008, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) iddikjarat ruħha bħala manifestament mhux kompetenti biex tieħu deċiżjoni fuq ir-rikors u ordnat lis-Sinjura Raulin tbati l-ispejjeż tagħha.