12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/17


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Juzgado de Primera Instancia no 4, Bilbao (Spanja) fil-5 ta' Frar 2008 — Asturcom Telecomunicaciones S.L. vs Cristina Rodríguez Nogueira

(Kawża C-40/08)

(2008/C 92/31)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 4 de Bilbao (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asturcom Telecomunicaciones S.L.

Konvenuta: Cristina Rodríguez Nogueira

Domanda preliminari

Il-protezzjoni tal-konsumaturi skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1) tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, timplika li l-qorti li tkun ġiet adita b'rikors għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni arbitrali finali, mogħtija mingħajr ma jkun deher il-konsumatur, għandha tevalwa ex officio n-nullità tal-ftehim ta' arbitraġġ u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni għar-raġuni li l-imsemmi ftehim ta' arbitraġġ jinkludi klawżola ta' arbitraġġ inġusta bi ħsara għall-konsumatur?


(1)  ĠU L 95, p. 29.