12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fid-9 ta' Jannar 2008 — Har Vaessen Douane Service BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-7/08)
(2008/C 92/18)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Har Vaessen Douane Service BV.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu (1), kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3357/91 tas-7 ta' Novembru 1991 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f'dan l-Artikolu tista' tiġi invokata għal kunsinni ta' merkanzija li, għalkemm huma ta' valur negliġibbli jekk jitqiesu individwalment, jiġu madankollu ppreżentati bħala kunsinna kollettiva, b'valur intrinsiku komplessiv tal-kunsinni tal-merkanzija li jintbagħtu b'dan il-mod li jaqbeż il-limitu ta' valur li jinsab fl-Artikolu 27? |
2) |
Għandu jiġi kkunsidrat li, għall-għanjiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 27 ta' l-imsemmi Regolament, il-kunċett ta' kunsinna “mibgħuta direttament minn pajjiż terz lil kunsinnatarju fil-Komunità” jinkludi wkoll il-każ fejn, għalkemm qabel ma tibda l-kunsinna lil dan il-kunsinnatarju l-merkanzija tinsab f'pajjiż terz, il-parti l-oħra fil-kuntratt mal-kunsinnatarju hija però stabbilita fil-Komunità? |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (ĠU L 105, p. 1).
(2) ĠU L 318, p. 3.