Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Isvezja

(Kawża C‑546/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/60/KE – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 9)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(1) tal-imsemmija direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.