Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tat‑3 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit

(Kawża C‑527/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/65/KE – Politika tat-trasport – Sigurtà tal-faċilitajiet portwali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 9)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas‑sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, p. 28).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l‑Artikolu 18 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huma kkundannati għall‑ispejjeż.