Keywords
Summary

Keywords

Approssimazzjoni tal-liġijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Qafas regolamentari — Direttiva 2002/21 — Servizz universali u drittijiet tal-utenti — Direttiva 2002/22 — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Direttiva 2005/29

(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21, 2002/22 u 2005/29)

Summary

Id-Direttiva 2002/21, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, u d-Direttiva 2002/22, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi jkun suġġett għall-konklużjoni mill-utent finali ta’ kuntratt dwar il‑provvista ta’ servizzi oħrajn. Madankollu, id-Direttiva 2005/29, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin‑negozju fil-konfront tal-konsumaturi fis-suq intern għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, tipprojbixxi kwalunkwe offerta konġunta magħmula minn bejjiegħ lil konsumatur.

(ara l-punt 33 u d-dispożittiv)