Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tat‑3 ta’ Diċembru 2009 – Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑476/08 P)

“Appell – Regolamenti (KE, Euratom) Nri 1605/2002 u 2342/2002 – Kuntratti pubbliċi mogħtija mill-istituzzjonijiet Komunitarji f’isimhom stess – Żball fir-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni – Obbligu li tiġi mmotivata ċ-ċaħda tal-offerta ta’ offerent”

Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti regolarment - Inammissibbiltà - Obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva l-evalwazzjoni tal-provi - Portata (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 16, 17)

Suġġett

Appell mis‑sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tielet Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali] tal‑10 ta’ Settembru 2008, Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni (T‑59/05), li permezz tagħha l‑Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall‑annullament tad‑deċiżjoni tal‑Kummissjoni, tat‑23 ta’ Novembru 2004, li tiċħad l‑offerta magħmula mir‑rikorrenti fil‑kuntest tal‑proċedura ta’ sejħa għal offerti għal għoti ta’ servizzi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni u servizzi ta’ appoġġ konnessi, intiżi għal sistemi ta’ informazzjoni finanzjarja tad‑DĠ tal‑Agrikoltura, kif ukoll tad‑deċiżjoni li l‑kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Obbligu li tiġi mmotivata ċ‑ċaħda ta’ offerta ta’ offerent.

Dispożittiv

1)

L‑appell huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall‑ispejjeż.