Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tal‑10 ta’ Diċembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑460/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 39 KE – Impjiegi fl‑amministrazzjoni pubblika – Kaptani u uffiċjali (assistenti sekondi) ta’ bastimenti – Għoti tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika abbord – Rekwiżit ta’ ċittadinanza tal-Istat Membru tal-bandiera”
1. Moviment liberu tal-persuni - Derogi - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika (Artikolu 39(4) KE) (ara l-punti 30, 31, 33, 34 u d-dispożittiv)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 35)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 39 tat-Trattat KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva għaċ-ċittadini Griegi l-impjiegi ta’ kaptani u ta’ assistenti sekondi fuq bastimenti Griegi kummerċjali u tas-sajd. |
Dispożittiv
1) Billi żammet fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tagħha r-rekwiżit taċ-ċittadinanza Griega għall-aċċess għall-impjiegi ta’ kaptan u ta’ uffiċjal (assistent sekond) fuq il-bastimenti kollha li jtajru bandiera Griega, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 39 KE.
2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.